It-tfal li għandhom il-passaport tal-istudenti ta’ Heritage Malta qed jingħataw l-opportunità li jgawdu sajf mimli attivitajiet edukattivi u divertenti, grazzi għal programm imħejji għalihom mit-Taqsima għall-Edukazzjoni u l-Outreach tal-aġenzija nazzjonali għall-wirt kulturali.
B’differenza mis-sjuf preċedenti, l-attivitajiet ta’ dan is-sajf se jsiru kollha virtwalment permezz ta’ zoom.
L-attivitajiet għal dawk minn 12 sa 15-il sena se jkunu jikkonsistu f’seba’ sessjonijiet bl-isem ‘Leħħiet fuq l-Istorja’, fejn esperti ta’ Heritage Malta se jagħtu daqqa t’għajn lejn l-istorja ta’ pajjiżna mill-preistorja sas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Kull sessjoni se tkun twila 45 minuta u tinkludi animazzjoni ta’ madwar 20 minuta, diskussjoni qasira u ħin għall-mistoqsijiet tal-parteċipanti.
Lista tal-Episodji
-
Episodju 1 – It-Tlieta 6 ta’ Lulju fl-10:00am – Il-Preistorja
-
Episodju 2 – It-Tlieta 20 ta’ Lulju fl-10:00am – Il-Feniċi
-
Episodju 3 – It-Tlieta 3 ta’ Awwissu fl-10:00am – Ir-Rumani
-
Episodju 4 – It-Tlieta 17 ta’ Awwissu fl-10:00am – Il-Medjuevu
-
Episodju 5 – It-Tlieta 31 ta’ Awwissu fl-10:00am – Il-Kavallieri
-
Episodju 6 – It-Tlieta 7 ta’ Settembru fl-10:00am – Il-Franċiżi
-
Episodju 7 – It-Tlieta 14 ta’ Settembru fl-10:00am – sal-Unjoni Ewropea