It-tfal li għandhom il-passaport tal-istudenti ta’ Heritage Malta qed jingħataw l-opportunità li jgawdu sajf mimli attivitajiet edukattivi u divertenti, grazzi għal programm imħejji għalihom mit-Taqsima għall-Edukazzjoni u l-Outreach tal-aġenzija nazzjonali għall-wirt kulturali.

B’differenza mis-sjuf preċedenti, l-attivitajiet ta’ dan is-sajf se jsiru kollha virtwalment permezz ta’ zoom.

Għal tfal iżgħar fl-età se jsiru ħames sessjonijiet ibbażati fuq crafts. It-temi ta’ dawn is-sessjonijiet se jkunu l-mużajk, l-araldika, it-tessuti, taħt il-baħar, u l-wirja ‘Masterpieces at MUŻA’. Dawn ukoll se jkunu bil-Malti u bl-Ingliż u jisewew €5 kull waħda.

Minbarra dawn l-attivitajiet, matul dan is-sajf se jiġu organizzati tliet kompetizzjonijiet għall-istudenti – waħda kull xahar f’Lulju, Awwissu u Settembru. Il-kompetizzjonijiet se jinvolvu l-fotografija, il-kitba u t-tpinġija.

 

Attivitajiet:

  • Ħajt, drapp u buttuni! – 8 ta’ Lulju fl-10am – Waqt din l-attività se nintroduċu lill-parteċipanti għal kollezzjoni ta’ ħwejjeġ u tessuti li jinsabu fil-kollezzjoni ta’ Heritage Malta ġewwa l-Palazz tal-Inkwiżitur. Waqt din l-attività se nagħmlu wkoll basket flimkien billi jużaw materjal mibgħut lilhom minn HM.

  • Tpinġija f’mitt biċċa – 27 ta’ Lulju fl-10am – Waqt din l-attività se nintroduċu lill-istudenti għall-mużajk fid-dinja Rumana, b’enfasi fuq il-mużajk misjub Malta. Waqt din l-attività se nagħmlu wkoll mużajk flimkien billi nużaw materjal mibgħut lill-parteċipanti minn HM.

  • Under the Sea – 20 ta’ Awwissu fl-10am Bl-Ingliż During this activity students will be given a brief introduction to the wealth of wrecks and other remains found underwater. The students will be also given the opportunity to interact with underwater archaeologists.

  • Of Crests & Coat of Arms – 24 ta’ Awwissu fl-10am Bl-Ingliż During this workshop students will be given a brief introduction to crests and coat of arms, what was their use and why they were invented. Following this the students will be shown how to create their own coat of arms using materials sent to them via post by HM.

  • Pitturi li jinkitbu – 20 ta’ Settembru fl-10am – Imtellgħa b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, waqt din l-attività se niktbu kitbiet fittizji fuq waħda mill-pitturi esibiti bħala parti mill-wirja ‘Masterpieces at MUŻA’.

Biex tirreġistra għas sessjonijiet/ to register for the sessions:

Program tas-Sajf – Ħajt, drapp u buttuni! – https://zoom.us/webinar/register/WN_BiivptkxSK2_N2493h_kmg

Program tas-Sajf – Tpinġija f’mitt biċċa – https://zoom.us/webinar/register/WN_UTyTECKmQCSV7RN1TUMOnA
Summer Programme – Under the Sea – https://zoom.us/webinar/register/WN_GNlWkkIFQOCwGKYETOkbCA
Summer Programme – Of Crests & Coat of Arms – https://zoom.us/webinar/register/WN_aHyk68WRTqiADawbP3Z4qw

Program tas-Sajf – Pitturi li jinkitbu – https://zoom.us/webinar/register/WN_q2Wan5cRQf6B6Y-kW5XVtw

Għal aktar tagħrif dwar kif tista tieħu sehem fil-kompetizzjonijiet wieħed jista’ jibgħat email lil passport@passport.heritagemalta.mt.dedi6381.your-server.de .